F’filmat li ttella’ fuq il-pjattaforma ta’ TikTok, turist intlemaħ miexi fit-toroq ta’ San Ġiljan bit-tabella taż-żebra crossing f’idejh. Skont kif jindika l-filmat, it-turist ftit wara jidher li twaqqaf minn uffiċjal tal-pulizija li ħa ħsieb ukoll ipoġġi t-tabella lura f’postha.
Ma naqasx li dan il-filmat qajjem kontroversja tant li s-sezzjoni tal-kummenti ma damitx ma żvolġiet f’dibattitu bejn dawk li kkundannaw dan l-attaġjament u ddeskrivewh bħala wieħed “inaċċettabbli” u dawk li minflok ħadu l-filmat bi tbissima.
@chaosinmalta Only in Malta Hahahahahaha #summer #paceville #malta ♬ Ritmo – HUGEL Edit – Raffa Fl & HUGEL
Intom x’taħsbu?
TikTok / @scorrano u @chaosinmalta