Tereza Anna kitbet messaġġ mimli emozzjoni u umoriżmu għal ħuha Josef Camilleri fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.
Fil-messaġġ tagħha, Tereza fakkret fil-memorji u l-esperjenzi kollha li għaddew minnhom flimkien tul is-snin, fejn qalet li kien hemm ħafna mumenti diffiċli u ftit oħrajn sbieħ, iżda minkejja kollox baqgħu dejjem jiġġieldu u jżommu sod flimkien.
"Ghalkemm differenti ħafna b'xi mod dejjem sibna mezz u taf li lili se ssibni dejjem ikun x'ikun għax int il-wirt li ħallietli ommi. Għalkemm fini daqs nofsok nibqa' dejjem il-kbira jien tinsiex. Inħobbok ħafna għalkemm ma tantx aħna romantiċi u Grazzi ta' kemm tieħu paċenzja bija..."
Hija temmet il-messaġġ tagħha billi awguratlu għeluq sninu mill-isbaħ, mimli mħabba u ferħ: “Happy birthday Josef Camilleri… għix, ħobb u gawdi.”