“Nittama Li Taf Kemm Napprezzawk U Li Nħobbuk Immens.” – Il-Kantant Lokali Thea Aquilina

Thea Aquilina

Il-kantanta lokali Thea Aquilina, magħrufa għall-parteċipazzjoni tagħha f’Mużika Mużika u fil-Malta Eurovision Song Contest 2024, qasmet messaġġ mimli mħabba u apprezzament lejn missierha fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.

Fuq il-midja soċjali, Thea awguratlu filwaqt li ddeskrivietu bħala “persuna prezzjuża” u wieħed mill-aktar irġiel ħabrieka li taf. “Nittama li taf kemm napprezzawk u li nħobbuk immens,” iżżid Thea.

Is-segwaċi tagħha ngħaqdu magħha biex jawguraw lil missierha f’dan il-jum speċjali u anke kkumplimentawhom għar-ritratt.

Awguri mill-qalb!







Ritratti:

Facebook/ Thea Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI