L-attriċi Nakita Grima kitbet messaġġ mill-qalb għal persuna li tant tkun hemm għaliha, l-għażiża ommha. Hi f’dan il-jum tesprimi kemm tħobbha u kemm tapprezzaha.
Grata għas-sagrifiċċji li tagħmel għaliha u ta’ kemm tkun appoġġ f’mumenti diffiċli, u toffri sapport f’kulma tagħmel.
Nakita tkompli, “Int mara li għallmitni kif inkun umli, determinata, u li nkun hemm għal dawk ta’ madwari. U ta’ dan kollu lanqas għandi fomm biex ngħidlek Grazzi. J’Alla l-Bambin jagħtina l-grazzja ngawdu iktar memorji flimkien. Happy Birthday, għażiża tagħna. Inħobbok, Ma
Awguri mill-qalb!
Facebook/ Nakita Grima