“Awguri Michela. Illum Jum Speċjali Għalik” – Il-Ministru Omar Farrugia

Il-Ministru Omar Farrugia qasam filmat ħelu flimkien mal-maħbuba tiegħu, Michela, biex jawguralha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.

Fil-filmat, Omar qal: “Awguri Michela. Illum jum speċjali għalik.” Michela esprimiet il-ferħ tagħha li fl-aħħar setgħu jqattgħu ftit ħin flimkien wara perjodu impenjattiv ħafna u qalet li tinsab kuntenta ħafna li qed igawdu dan iż-żmien flimkien.



Min-naħa tiegħu, Omar kompla jsemmi l-isfidi u l-impenji li għaddew minnhom matul dawn l-aħħar xhur, fosthom il-kampanja elettorali, il-bidliet fil-ħajja tagħhom u anke l-għajnuna li taha waqt l-eżamijiet tagħha, filwaqt li qalilha li tassew ħaqqha dan il-mument speċjali.

Fl-aħħar tal-filmat, it-tnejn dehru jitbissmu flimkien, b’Michela tirringrazzjah tal-awguri u tal-appoġġ li dejjem sabet mingħandu.

Nawguraw lil Michela l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha!

Ritratti:

Fb/ Omar Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI