Tirrakkonta Kif Irnexxielha Tlaqqa’ Kelb Li Kellu Bżonn Dar Ma’ Xi Ħadd Li Kien Qed Jibki T-Telfa Tal-Kelb Tiegħu

L-attivista tal-annimali Christa Cilia rrakkontat fuq il-midja soċjali każ emozzjonanti li hi stqarret li żgur se tibqa' tiftakar. Christa tesprimi s-sodisfazzjon tagħha li rnexxielha tlaqqa' kelb li kellu bżonn urġenti għal dar ma' xi ħadd li kien qed jibki t-telfa tal-kelb tiegħu.

"Irranġajna biex din il-persuna u dan il-kelb jiltaqgħu u b'xorti tajba, it-tnejn li huma marru tajjeb ħafna flimkien," tirrakkonta Cilia li tesprimi sens ta' ferħ li dan il-kelb, filwaqt li ngħata refuġju ġdid, fl-istess waqt irnexxielu jgħin persuna li kien għaddej minn mument diffiċli.

Prosit tassew!

Ritratti:

Facebook / Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI