Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Mireille Mckay qasmet mas-segwaċi tagħha l-aħbar sabiħa li riċentament rebħet il-Grand Prix f’kompetizzjoni.
Fost l-oħrajn hi qalet, “X’mument memorabbli u maġiku fin-9th Rising Stars International Music Festival fil-Kosovo. Ninsab onorata immens li qed naqsam magħkom li rbaħt il-Grand Prix ... għadni ma nistax nemmen! Li tlajt fuq dak il-palk nirrappreżenta lil Malta kien privileġġ kbir, speċjalment il-fatt li kont ma grupp Malti b’talent kbir li lkoll kienu brillanti.”
Prosit kbira Mireille, kuntenti immens għalik u awguri kbira għall-futur!