Keira Sciberras Tirbaħ L-Ewwel Post Fil-Festival Internazzjonali FENS 2026 Fis-Slovenja

Malta reġgħet kisbet suċċess internazzjonali ieħor fil-qasam tal-mużika hekk kif il-kantanta Maltija ta’ 13-il sena Keira Sciberras rebħet l-ewwel post fil-31 edizzjoni tal-Festival FENS, li saret f’Koper.

Keira spikkat fost 80 kantant u kantanta żgħażagħ minn għadd ta’ pajjiżi, fosthom il-Bosnia and Herzegovina, Montenegro, Slovenja, Bulgarija, Russja, Latvja, Rumanija, Kroazja, il-Maċedonia ta' Fuq u Malta.

Il-prestazzjoni tagħha impressjonat kemm lill-ġurija internazzjonali kif ukoll lill-pubbliku, grazzi għall-vuċi qawwija tagħha, l-emozzjoni li wasslet permezz tal-kanzunetta u l-preżenza eċċellenti tagħha fuq il-palk.



Wara din ir-rebħa prestiġjuża, Keira rringrazzjat lill-kowċis vokali tagħha, Dario Mifsud Bonnici u Tina Gatt Frendo, għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom. Hija esprimiet ukoll ringrazzjament speċjali lil Evelina Batey għall-gwida, is-sapport u l-opportunità internazzjonali li għenitha tikseb.

Din ir-rebħa mhijiex biss kisba personali għal Keira, iżda wkoll mument ta’ kburija għal Malta, li għal darb’oħra rat talent lokali jispikka fuq livell internazzjonali.

Is-suċċess ta’ Keira Sciberras ikompli jikkonferma l-potenzjal tal-artisti żgħażagħ Maltin, li qed ikomplu jħallu impatt f’kompetizzjonijiet internazzjonali u jgħollu l-isem ta’ Malta barra minn xtutna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI