“Inħossni Verament Grata U Ħerqana Għal Avventura Ġdida Televiżiva Għal Dan Is-Sajf” – Kim Cutajar

Malcolm u Kim

Kim Cutajar u Malcolm Pisani kif tafu ser jirritornaw fuq it-televiżjoni fl-istaġun li ġej. Minn nhar it-Tnejn li ġej ser ikunu qed iwasslulkom il-programm Sajf fuq NET.



Kim f'post li ppubblikat esprimiet kemm jinsabu lesti biex ixandru din il-produzzjoni. Qasmet anke ritratt uffiċjali tal-programm.

"Inħossni verament grata u ħerqana għal avventura ġdida televiżiva għal dan is-sajf. Minn nhar it-Tnejn 6 ta' Lulju ser nibdew nkunu magħkom kuljum għal programm ġdid tas-sajf bl-isem Sajf fuq NET - mill-16:30 sas-17:50 mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Programm għall-familja kollha, b'diversi mistiedna u rkejjen interessanti."

Lesti?!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI