Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha l-preżentatriċi maħbuba immens Simone Cini. Preżentatriċi li tibqa' sinonima mal-programm li kien ta' suċċess għal 18-il sena sħaħ, Ieqaf 20 Minuta.
F'dan il-jum speċjali hi rċeviet bosta xewqat sbieħ mingħand segwaċi, ħbieb u kull min jafha. Simone xtaqet tesprimi l-apprezzament tagħha lejn kull min bagħtilha x-xewqat sbieħ. Qasmet anke ritratt fejn tinsab f'atmosfera li tant tħobb.
"Grata għal sena oħra u għax-xewqat sbieħ tagħkom. Tellajt ritratt b'affarijiet sempliċi li jagħtuni pjaċir, fjuri u frott," tikteb Simone.
Bosta kkummentawlha bl-awgurju tagħhom kif ukoll ikkumplimentawha għar-ritratt. Awguri mill-qalb Simone!