Il-Kanada Ser Tikkompeti Fil-Eurovision Song Contest 2027!

Palk tal- Eurovision

F'Jum il-Kanada, ġie kkonfermat li l-Kanada se tieħu sehem għall-ewwel darba fil-Eurovision Song Contest 2027, li se jsir fil-Bulgarija.

Din se tkun l-ewwel pajjiż ġdid li jingħaqad mal-kompetizzjoni minn meta l-Awstralja daħlet fl-2015. Il-parteċipazzjoni tal-Kanada saret possibbli wara li CBC/Radio-Canada kisbet status ta’ membru sħiħ tal-European Broadcasting Union (EBU), li jagħtiha d-dritt tipparteċipa fil-Eurovision.

Il-pajjiż se jibda l-avventura tiegħu fis-semifinali tal-edizzjoni tal-2027, filwaqt li aktar tard din is-sena se jitħabbru d-dettalji dwar kif se jintgħażel ir-rappreżentant Kanadiż.



Il-President u CEO ta’ CBC/Radio-Canada, Marie-Philippe Bouchard, qalet li din hija opportunità importanti biex it-talent Kanadiż jintwera fuq waħda mill-akbar pjattaformi mużikali fid-dinja.

Il-Kanadiżi ilhom isegwu u jivvutaw fil-Eurovision għal snin twal, u issa se jkollhom iċ-ċans li jaraw lil pajjiżhom jikkompeti wkoll. Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Eurovision Song Contest tal-EBU, Martin Green, laqa’ lill-Kanada fil-familja tal-Eurovision u fakkar fir-rabta storika tal-pajjiż mal-festival, b’mod partikolari r-rebħa ta’ Céline Dion għall-Iżvizzera fl-1988.

Tgħid min ħa jirrappreżenta lill-Kanada?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI