Malta Fost Il-61 Pajjiż Fejn L-Album Il-Ġdid Ta’ Madonna Laħaq In-Numru 1 Fuq iTunes

Madonna ħarġet l-album il-ġdid tagħha f’7 snin, bl-isem Confessions II ilbieraħ. L-album ta’ suċċess huwa s-segwiment tal-album tagħha tal-2006 Confessions On A Dancefloor.

L-album kellu suċċess fenominali fuq l-istreaming, u laħaq in-numru 1 f’61 pajjiż fuq iTunes minbarra pjattaformi oħra. Malta hija waħda mill-61 pajjiż fejn l-album il-ġdid ta’ Madonna laħaq in-numru 1.

Uħud mill-aktar kanzunetti popolari f’dan l-album il-ġdid huma Danceteria, Love Without Words, Bizarre, I Feel So Free, Bring Your Love u Love Sensation.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI