Sfortunatament il-Membru Parlamentari nigel Vella spiċċa rikoverat l-isptar ilbieraħ. Hu ta aġġornament hekk kif skuża ruħu li ma attendiex l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.
“Irid niskuża ruħi mal-Ħamruniżi li qed jiċċelebraw il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni,” hu kiteb. “Dalgħodu kont ippjanat li nattendi għall-quddiesa solenni u wara għall-marċ, iżda sfortuntament ġejt rikoverat l-isptar ilbieraħ filgħaxija fejn għadni sa dalgħodu.”
“Irid niskuża ruħi ma’ kull min bagħat u ċempel u ma rrispondejtx, se nieħu ħsieb la jiġi lura kollox għan-normal. Grazzi lill-istaff kollu fl-isptar Mater Dei tal-kura u l-attenzjoni kollha.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ lil Nigel fejqan ta’ malajr!
Facebook / Nigel Vella