Jiżbroffa L-Etna… Xeni Spettakolari Tal-Lava Ħierġa Mill-Vulkan U Tixgħel L-Arju Matul Il-Lejl

Matul dawn l-aħħar jiem, il-vulkan Etna żbroffa għat-tieni darba matul din is-sena. Filmati li ttelgħu fuq il-midja soċjali juru xeni mill-aktar spettakolari tal-lava ħierġa minn ġewwa l-vulkan u tixgħel l-arju mudlam fis-sigħat ta' matul il-lejl.

L-iżbroff tal-vulkan jidher li beda fis-26 ta' Ġunju, b'siti Taljani jsemmu li għad hemm xi attività fil-vulkan li qed twassal lill-awtoritajiet sabiex jieħdu l-prekawzzjonijiet meħtieġa.

Dis-sena, dan il-vulkan li hu meqjus bħala wieħed mill-iżjed attivi fid-dinji, żbroffa darba oħra apparti din id-darba, u dan kien proprju fl-Ewwel tas-Sena.

Ritratti:

Facebook / Il Mondo Dei Terremoti u X / Andrés Repetto

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI