Minn Xufier Tal-Linja U Electrician Għal Goalkeeper Fit-Tazza Tad-Dinja!

Billi twieled f'pajjiż ċkejken fejn mhuwiex faċli sabiex wieħed jibni karriera fil-futbol, sa l-età ta' 25 sena kellu jaħdem żewġ xogħlijiet differenti - bħala electrician u bħala xufier tal-linja.

Din hija l-istorja tal-goalkeeper Vozinha li f'dawn l-aħħar jiem kiseb l-ammirazzjoni ta' bosta bl-umiltà u d-dedikazzjoni tiegħu li wera fil-partita li pajjiżu, il-Cabo Verde, kellu kontra l-Arġentina.

Għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kienet l-Arġentina li ħarġet rebbieħa u rnexxielha tgħaddi għall-fażi li jmiss, dan il-goalkeeper b'passat mill-aktar umli tfaħħar għall-prestazzjoni li t-tim ta taħt it-tmexxija tiegħu fejn irnexxielhom jagħti sfida tajba ħafna lil tim ġgantesk bħalma huwa dak Arġentin.

Ritratti:

Facebook / Vozinha

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI