Wara s-suċċess tal-produzzjoni Era: A Dance Story, Celaine Buhagiar Bugeja qasmet messaġġ mimli emozzjoni u gratitudni, fejn iddeskriviet dan il-proġett bħala vjaġġ indimentikabbli mibni fuq il-passjoni, il-kollaborazzjoni u d-dedikazzjoni.
"L-aktar ringrazzjament profond tagħna jmur liż-żeffiena inkredibbli tagħna. L-impenn, il-qawwa u l-passjoni tagħkom kienu evidenti f'kull prova u f'kull wirja. Intom tassew il-qalba ta' dak kollu li noħolqu."
Celaine tkompli billi tesprimi gratitudni lejn il-ġenituri u dawk li tant jappoġġjaw lill-istudenti tagħhom.
"Lill-ġenituri, familji, ħbieb u udjenza meraviljużi tagħna… grazzi għall-appoġġ kostanti tagħkom, l-enerġija u l-applaws tagħkom. Intom għentu biex is-serata tkun tassew indimentikabbli."
Fil-messaġġ tagħha, hija rringrazzjat ukoll lit-tim artistiku u tekniku kollu li ħadem bla heda biex il-produzzjoni tkun suċċess, fosthom il-kodirettur artistiku u l-kantant lokali bravissimu Ludwig Galea, l-assistenti tagħha, il-membri tat-tim ta' Dancel, il-voluntiera tal-backstage, il-koordinaturi tal-kostumi, kif ukoll dawk responsabbli mid-dawl, is-sound, il-viżwali u l-produzzjoni teknika.
Celaine sellmet ukoll lill-isponsors u s-sostenituri kollha li taw is-sehem tagħhom biex il-produzzjoni setgħet issir realtà, filwaqt li rringrazzjat lir-raġel tagħha Pierre J. Bugeja, id-Direttur Tekniku tal-produzzjoni, għall-appoġġ, il-paċenzja u l-fiduċja kontinwa tiegħu.
Fl-għeluq tal-messaġġ tagħha, Celaine Buhagiar Bugeja qalet li Era: A Dance Story kienet ħafna aktar minn sempliċi spettaklu. Wera l-passjoni, il-fiduċja, il-kollaborazzjoni u memorji li se jibqgħu jgħixu t-tim kollu ta' Dancel u sħabhom, filwaqt li tat ħjiel li issa tħares 'il quddiem għall-avventura li jmiss.
Ibqgħu segwu lil Dancel Dance Team b'dak li jmiss fuq il-midja soċjali HAWN
Facebook/Celaine Buhagiar Bugeja