Min Jirbaħ Sanremo Mhux Se Jiġi Offrut Jirrappreżenta Lill-Italja Fil-Eurovision Mill-2027

Sal Da Vinci

L-organizzaturi ta' Sanremo ħabbru format ġdid li se jifred uffiċjalment iż-żewġ kompetizzjonijiet. Filwaqt li Sanremo se jkompli jagħti t-titlu tal-aqwa kanzunetta u artist tal-festival, ir-rappreżentant Taljan għall-Eurovision se jintgħażel waqt serata apposta bl-isem ta' Eurovision Night, li se ssir nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa tal-festival.

Dan ifisser li r-rebbieħ ta' Sanremo u l-artist li jirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision jistgħu jkunu żewġ artisti differenti. Madankollu, xorta waħda hemm il-possibbiltà li l-istess artist jirbaħ kemm Sanremo kif ukoll jintgħażel biex jikkompeti fil-Eurovision.

Din hija meqjusa bħala l-akbar bidla fil-proċess tal-għażla tal-Italja għall-Eurovision f'dawn l-aħħar snin. Minn meta l-pajjiż irritorna fil-kompetizzjoni fl-2011, ir-rebbieħ ta' Sanremo kien dejjem jingħata l-ewwel opportunità biex jirrappreżenta lill-Italja, filwaqt li jekk dan kien jirrifjuta, l-offerta kienet tgħaddi għand l-artist li kien spiċċa fit-tieni post.

Mistennija jitħabbru aktar dettalji fix-xhur li ġejjin dwar kif se taħdem il-proċedura l-ġdida tal-għażla tar-rappreżentant Taljan għall-Eurovision Song Contest.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI