MP Ingliża Tressaq Mozzjoni Fil-Parlament Biex Harry Kane Jingħata T-Titlu Ta’ Kavallier

MP Ingliża resqet mozzjoni fil-Parlament fejn talbet sabiex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-kaptan tat-tim nazzjonali Ingliż, il-plejer Harry Kane, jingħata t-titlu ta' Kavallier. Dan fl-isfond tal-kontribut siewi li hu ta, b'mod partikolari matul dawn l-aħħar jiem, lit-tim nazzjonali ta' pajjiżu sabiex issa wara l-partita tal-bieraħ, l-Ingilterra kkwalifikat għall-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja.

L-MP Ingliża Layla Moran irreferiet b'mod partikolari għall-irwol strumentali li Kane kellu f'partita fir-Round tat-32, fejn l-Ingilterra kienet qiegħda titlef bi skor ta' 1-0 f'konfront mar-Repubblika Demokratika tal-Congo. Madankollu, bis-saħħa ta' żewġ gowls mill-isbaħ skurjati minn Harry Kane, it-tim Ingliż irnexxielu jirbaħ din il-partita, u b'hekk għadda għar-Round tas-16.

Fir-Renju Unit, it-titlu ta' Kavallier jingħata sabiex jirrikonoxxi l-ħila straordinarja jew il-kuraġġ ammirevoli li individwu juri. Fost l-iktar persuni riċenti hemm l-eks plejer Ingliż David Beckham li ngħata dan it-titlu għall-kontribut tiegħu fl-isport u fil-karità.

Ritratti:

X / Harry Kane u ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI