Omm il-kantanta lokali Emma Cutajar qasmet messaġġ mimli mħabba biex tawguralha f'għeluq l-20 sena ta' bintha.
Fil-messaġġ tagħha, hi esprimiet kemm iż-żmien għadda malajr, u kemm qisu lbieraħ meta kienet qed iżżomm lil Emma f'idejha, filwaqt li llum qed taraha tidħol b'kunfidenza f'kapitlu ġdid ta' ħajjitha.
Hija faħħret lil Emma għall-persuna li saret, u ddeskrivietha bħala żagħżugħa intelliġenti, sabiħa u mimlija mħabba. Saħqet ukoll li l-qalb tajba, is-saħħa u l-kura tagħha lejn ħaddieħor jagħmlu differenza fil-ħajja ta' dawk kollha li jdawruha.
"Hekk kif tibda dan il-kapitlu ġdid, nawgurawlek li l-ħajja ġġiblek ferħ bla tmiem, imħabba vera, saħħa u kull opportunità biex issegwi l-ħolm tiegħek. Jalla dejjem ikollok il-kuraġġ li temmen fik innifsek, anke meta l-ħajja tidher inċerta, u jalla qatt ma tinsa kemm int maħbuba."
Hija temmet il-messaġġ billi qalet li, minkejja kemm tikber jew fejn teħodha l-ħajja, Emma dejjem se tibqa' t-tifla ċkejkna tagħhom.
Awguri mill-qalb Emma!