Minn din is-sena, ir-riżultati tal-eżamijiet tas-SEC tal-MATSEC m'għadhomx jingħataw bil-gradi tradizzjonali (jiġifieri Grade 1 sa Grade 7), iżda b'sistema ġdida bbażata fuq livelli.
Skont it-tabella ta' hawn taħt, is-sistema l-ġdida tista' tinftiehem hekk:
- Il-Gradi 1 sa 5 tas-sistema l-antika issa jaqgħu taħt Level 3, li huwa l-ogħla livell.
- Il-Gradi 6 u 7 issa jikkorrispondu għal Level 2.
- Level 1 huwa livell bażiku li jingħata f'ċerti każijiet skont il-prestazzjoni tal-istudent.
- U (Unclassified) fis-sistema l-antika issa sar NA (Not Awarded), jiġifieri ma ngħata l-ebda livell.
Importanti wkoll li wieħed jifhem li r-riżultat finali m'għadux jiddependi biss mill-eżami finali. Is-sistema l-ġdida tqis ukoll il-ħiliet tal-ħidma tal-iSchool-Based Assessment (SBA). Dan huwa x-xogħol u l-assessjar li l-istudent ikun għamel matul is-snin tal-iskola, flimkien mal-marka globali tiegħu fl-eżami finali. Dan kollu qed isir bl-għan li jidhru l-kapaċitajiet tal-istudent mhux biss f’ġurnata waħda ta' eżami iżda anke matul is-is-snin skolastiċi tiegħu.
Għalhekk, meta student jara Level 3 fuq ir-riżultat tiegħu, dan ifisser li kiseb l-ogħla livell ta' kisba fis-suġġett, filwaqt li Level 2 u Level 1 jirriflettu livelli differenti ta' kisba skont il-kriterji l-ġodda tal-MATSEC.
FB/ MATSEC University of Malta & Pexels