Henry Zammit Cordina ħares lura lejn vjaġġ professjonali ta’ nofs seklu hekk kif illum immarka 50 sena minn meta beda l-karriera tiegħu fis-settur bankarju.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Henry fakkar li kien beda jaħdem fis-7 ta’ Lulju 1976, ftit wara li għalaq 18-il sena. Huwa qal li kien ferħan se jtir peress li kellu xogħol stabbli f’età żgħira u li, bħal kull vjaġġ ieħor, il-karriera tiegħu kienet tinkludi kemm mumenti sbieħ kif ukoll sfidi.
Matul is-snin kompla jistudja, avvanza fil-karriera tiegħu u serva wkoll bħala Branch Manager. Madankollu, waħda mill-isbaħ esperjenzi tiegħu kienet il-ħatra fl-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-bank f’Melbourne, l-Awstralja, fejn kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ ħafna Maltin u Għawdxin li jgħixu hemm.
Wara 35 sena servizz fil-bank, Henry rtira, iżda qal li l-memorji u l-esperjenzi li għex qatt ma jintilfu, filwaqt li rringrazzja lill-BOV għal dan il-vjaġġ.
Facebook/Henry Zammit Cordina