Ixxerja
Omm il-kantanta lokali Emma Cutajar qasmet messaġġ mimli mħabba biex tawguralha f'għeluq l-20 sena ta' bintha.
Fil-messaġġ tagħha, hi esprimiet kemm iż-żmien għadda malajr, u kemm qisu lbieraħ meta kienet qed iżżomm lil Emma f'idejha, filwaqt li llum qed taraha tidħol b'kunfidenza f'kapitlu ġdid ta' ħajjitha.
Hija faħħret lil Emma għall-persuna li saret, u ddeskrivietha bħala żagħżugħa intelliġenti, sabiħa u mimlija mħabba. Saħqet ukoll li l-qalb tajba, is-saħħa u l-kura tagħha lejn ħaddieħor jagħmlu differenza fil-ħajja ta' dawk kollha li jdawruha.
"Hekk kif tibda dan il-kapitlu ġdid, nawgurawlek li l-ħajja ġġiblek ferħ bla tmiem, imħabba vera, saħħa u kull opportunità biex issegwi l-ħolm tiegħek. Jalla dejjem ikollok il-kuraġġ li temmen fik innifsek, anke meta l-ħajja tidher inċerta, u jalla qatt ma tinsa kemm int maħbuba."
Hija temmet il-messaġġ billi qalet li, minkejja kemm tikber jew fejn teħodha l-ħajja, Emma dejjem se tibqa' t-tifla ċkejkna tagħhom.
Awguri mill-qalb Emma!
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
Tagħlaq Sninha L-Attriċi Bravissima Theresa Gauci – Awguri!
Kyle Zarb
Illum
Attriċi bravissima li ħalliet impatt qawwi fix-xena lokali, Theresa Gauci, tiċċelebra għeluq sninha llum.Theresa ħadet sehem f’diversi produzzjonijiet lokali, fosthom; Bawxati, F’Baħar Wieħed, Il-Madonna taċ-Ċoqqa, Santa Monika, Iċ-Ċaqqufa, Id-Dar Tas-Soru, Paprati, Iż-Żagħka, NOLI, Becky The Return, KC, Deja Vu, Nostalġija u TA’ GERIT.Ritratt: Facebook/ CASA ĊelestinaRajnieha wkoll diversi drabi bħala preżentatriċi. Theresa tippreżenta l-programm tagħha Minn Jum Għal Jum fuq Radju […]