“Aħna Rridu Nies Li Jidħlu L-Ħabs U Joħorġu Agħar, Aktar Irrabjati…? U Żgur Li Għandhom Iħallsu Ta’ Għemilhom Imma Mhux Hekk Ta! ” – Andrew Azzopardi

Andrew Azzopardi

Il-kummenti tal-Professur Andrew Azzopardi reġgħu fetħu diskussjoni importanti dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabs u x'jagħmlu tassew sistema penitenzjarja waħda riabilitattiva.

Skont Prof. Azzopardi, rapporti li waslu għandu jindikaw li numru ta' priġunieri qed ibatu minn sħana qawwija fiċ-ċelel, b'uħud minnhom jaqsmu ċella ma' persuna oħra, b'ventilazzjoni limitata jew mingħajrha.

"Il-peoġunieri qed ikollhom jxarrbu l-lożor bl-ilma u jitgħattew bihom ħalli forsi jiffriskaw. Ma titwemminx! Allura dan aċċettabbli?... Aħna rridu nies li jidħlu l-ħabs u joħorġu għar, aktar irrabjati u mhux rijabilitati? Dan jgħin biex ikollna soċjeta’ aħjar?

Fil-messaġġ tiegħu, Prof. Azzopardi argumenta li l-għan tal-ħabs m'għandux ikun biss il-kastig, iżda wkoll li jgħin lill-persuni jindirizzaw l-iżbalji tagħhom u jirritornaw fis-soċjetà bħala individwi aħjar.

Huwa ċaħad ukoll l-argument li "il-ħabs mhux il-Hilton", u qal li d-dibattitu m'għandux ikun dwar l-għoti ta' lussu, iżda dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem u kundizzjonijiet bażiċi li jippermettu riabilitazzjoni effettiva.

"U żgur li għandhom iħallsu ta’ għemilhom imma mhux hekk ta! Tħallas imma titgħallem u ssir bniedem aħjar għax inkella ċikku-briku."

Ritratti:

Facebook/ Andrew Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI