Din l-Istqarrija Stampa qed tiġi kkomunikata bħala aġġornament għall-Istqarrija Stampa PR 355/26 maħruġa nhar is-16 ta’ Ġunju, 2026.
B’rabta mal-persuna imfittxija - Lorraine Bonavia - fuq ordni ta’ Imħallef b’rabta ma’ sentenza tal-Qorti, Khyl Agius Bonavia, tifel ta’ 8 snin, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.

Huwa deher l-aħħar fil-Pjazza tal-Mosta mal-istess persuna li tinsab imfittxija. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 2122 4001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
