Fuq il-paġna uffiċjali Transport Malta ġie ppubblikat filmat li juri mumenti waqt il-kunċert ta' Michael Bublé fejn kienet qed issir ħidma biex ikun hemm sigurtà.
"Serata oħra, avveniment ieħor, dmir ieħor. It tim tal-Infurzar tal-Awtorità kien preżenti f'Ta' Qali biex jiżgura li kollox jimxi b'mod sigur u organizzat waqt il kunċert tal-artist Michael Bublé. Grazzi lil kulħadd tal kooperazzjoni!"
Għandna napprezzaw dawk kollha li jaħdmu u jaċċertaw li avvenimenti kbar bħal dawn jimxu u jirnexxu bl-aqwa mod.