Ilbieraħ ġie mħabbar li s-Sindku tal-Birgu, John Boxall, ingħata l-ewwel post fil-Police – Community Partnership Award 2026.
Dan il-premju juri rikonoxximent li jingħata lil dawk li juru impenn u kollaborazzjoni b’saħħitha mal-Korp tal-Pulizija għall-ġid tal-komunità. Il-premju ngħata waqt ċerimonja li saret ilbiraħtlula, fejn Boxall irċieva dan l-unur mingħand il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Onor. Dr. Glenn Bedingfield, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, Anġlu Gafà.
Dan ir-rikonoxximent ingħata bħala apprezzament għall-isforzi u l-ħidma kontinwa tiegħu biex isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-komunità u l-Korp tal-Pulizija. Matul l-istess attività, li kienet iddedikata lill-Korp tal-Pulizija, ingħataw ukoll diversi unuri oħra.
Fost dawn l-unuri kien hemm dawk lil membri tal-Korp li ddistingwew ruħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom, kif ukoll lil individwi li taw kontribut siewi u sostenn lill-Pulizija fil-ħidma tagħhom.
Fb/ Kunsill lokali Birgu