Il-Paġna Ġrajjiet Malta, xerrdet ritratt tal-Overseas Discotheque fuq il-paġna uffiċjali tagħha fil-Belt Valletta, post li għal ħafna Maltin kien jissimbolizza' divertiment, mużika u tifkiriet.
Qabel ma Paceville sar iċ-ċentru tal-ħajja ta' billejl, kien hemm l-Overseas. Għal ħafna kien aktar minn sempliċi diskoteka. Dan kien post fejn twieldu ħbiberiji, bdew stejjer ta' mħabba u nħolqu mumenti li baqgħu mfakkra għal ħafna snin.
Dak iż-żmien, ilbies eleganti kien parti mill-esperjenza. L-irġiel kienu jintalbu jilbsu blazer u ingravata, filwaqt li n-nisa kienu jattendu b'ilbies eleganti, xagħar imżejjen u li jagħtu attenzjoni fid-dettall tad-dehra tagħhom. Lejla fl-Overseas, darna kienet tkun okkażjoni speċjali. Meta kienet tinżel ix-xemx, il-Belt Valletta kienet timtela bil-ħajja. Il-ħbieb kienu jiltaqgħu fil-kafetteriji u l-bars tal-madwar qabel jidħlu fid-diskoteka, fejn il-mużika kienet tkun diġà qed timla s-sala.
Il-mużika tar-Rock 'n' Roll, it-Twist, il-Beat Music kienu fost dawk li l-aktar kienu jiddominaw is-snin sittin u n-nies kienet tqatta’ lejl sħiħ tiżfen ma’ kull diska li tindaqq.Kien żmien mingħajr mowbajls, stessu jew il-midja soċjali. Il-memorji kienu jinbnew permezz ta' mumenti reali, wiċċ imb wiċċ, u għalhekk baqgħu jgħixu fil-qlub ta' dawk li esperjenzawhom.
Illum, huma ħafna dawk li jgħaddu minn quddiem din il-binja mingħajr ma jkunu jafu li bejn dawk il-ħitan kien hemm parti importanti mill-istorja imgħoddija ta’ pajjiżna.
Alfred Piscopo, il-paġna Ġrajjiet Malta & Pexels