“Għaliex Qed Iġorr Il-Kelb U Mhux Lit-Tifel?” – Ritratt Li Wassal Għal Dan Id-Dibattitu

Ritratt ta’ raġel iġorr il-kelb tiegħu waqt li tifel żgħir kien miexi maġenbu qajjem diskussjoni kbira fuq il-midja soċjali.

Mal-ewwel daqqa t’għajn, ħafna kkritikaw lir-raġel u staqsew għaliex kien qed iġorr lill-kelb flok lit-tifel. Għal ħafna, deher li kien qed jagħti aktar importanza lill-annimal milli lit-tifel. Madankollu, meta ħareġ il-kuntest wara r-ritratt, l-istorja dehret f’dawl kompletament differenti.

Skont rapporti li xxterdu online, ir-raġel spjega li l-bankina kienet tant sħuna li setgħet taħraq saqajn il-kelb. It-tifel kien liebes iż-żarbun, iżda l-kelb ma kellu l-ebda protezzjoni fuq saqajh. Għalhekk iddeċieda li jġorru sakemm jaslu f’post aktar sigur.

Din mhijiex biss kwistjoni ta’ preferenza, iżda ta’ sigurtà. Jekk nieħu hawn Malta, li bħalissa qed ikolllna ġranet tassew sħan, huwa important li nevitaw li noħorġu l-klieb f’ħinijiet xemxija. Dan għaliex jista’ jwassal f’konsewgwenzi koroh. Il-kelb mhux se jgħidlek li qed iweġġa’ u għalhekk wieħed għandu jkun responsabbli u jieħu ħsieb l-annimal tiegħu.

Tajjeb li meta toħroġ l-annimal tiegħek, tiċċekkja l-bankina taħraqx billi tpoġġi n-naħa ta’ wara ta’ idek fuq il-bankina għal seba’ sekondi. Jekk ma tkunx tiflaħ iżżommha hemm, tkun ħadt ir-risposta.

Ritratti:

I heart intelligence

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI