Jade Cini B’Messaġġ Romantiku F’Għeluq Is-Sitt Anniversarju Tagħha Ma’ Żewġha

Jade Cini qed tiċċelebra sitt snin minn meta ltaqgħet għall-ewwel darba mas-sieħeb tagħha, Edward Camilleri. F'messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni fuq il-midja soċjali, Jade kitbet: ""Sitt snin ilu llum iltqajna għall-ewwel darba. Din il-kanzunetta tirrakkonta l-istorja kollha ta' mħabbitna. L-anniversarju t-tajjeb, Edward Camilleri."

Il-kliem tagħha għandu tifsira aktar profonda, hekk kif il-kanzunetta li semmiet hija waħda li kitbet hi stess u kienet sorpriża speċjali għal Edward waqt il-festa tal-għerusija tagħhom. Il-kanzunetta, li kienet maħsuba esklussivament għalih, tirrakkonta l-vjaġġ ta' mħabbithom u saret simbolu tar-relazzjoni tagħhom.

Fl-anniversarju tagħhom, Jade għażlet li terġa' taqsam din it-tifkira sentimentali, u b'hekk fakkret fil-bidu tal-istorja ta' mħabba tagħhom u fil-mumenti sbieħ li għexu flimkien tul dawn is-sitt snin.

Awguri lill-koppja għal dan l-anniversarju u għal aktar snin mimlijin imħabba u tifkiriet sbieħ flimkien.

Ritratti:

Facebook/Jade Cini

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI