Josline Camilleri ħalliet lil kulħadd bla kliem waqt il-Malta Fashion Week Awards hekk kif libset kreazzjoni speċjali ta’ Charles & Ron.
Il-libsa, maħduma bl-idejn u li tinkludi d-disinn tradizzjonali tal-arloġġ tal-Lira, ġabet magħha mhux biss eleganza iżda wkoll biċċa mill-wirt Malti. Permezz ta’ din il-kreazzjoni, element tradizzjonali tal-imgħoddi reġa’ ngħata l-ħajja b’mod impekkabbli u modern. Josline qasmet il-ħsibijiet tagħha fuq il-midja soċjali, fejn irriflettiet dwar il-valur tal-ħin, li hu rigal prezzjuż li qatt ma nistgħu nġibu lura.
“Il-ħin hu l-unika ħaġa li qatt ma nistgħu nerġgħu niksbu, iżda hu l-akbar rigal li ngħatajna,” kitbet Josline, filwaqt li qalet kemm kienet onorata li tilbes disinn li jġorr miegħu storja u identità Maltija.
Hija żiedet li kull mument isir parti mill-istorja tagħna u appellat biex nużaw il-ħin tagħna b'mod għaqli billi noħolqu memorji sbieħ u nħallu t-tjubija kull fejn inkunu.
Facebook/Josline Camilleri