“Għażilt Li Nqatta’ Dan L-Avveniment Importanti Mdawwar Bin-Natura, U Nieħu L-Ħin Biex Nirrifletti Fuq Il-Vjaġġ Tiegħi S’Issa.” – Daniel Azzopardi

Daniel Azzopardi

L-attur Malti Daniel Azzopardi għalaql-40 sena tiegħu lbieraħ, u aktar kmieni llum qasam messaġġ ta' gratitudni u riflessjoni dwar il-vjaġġ ta' ħajtu.

F'post li qasam fuq il-midja soċjali, Daniel irringrazzja lil kull min bagħatlu awguri f'għeluq sninu.

"Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil kull min ħa l-ħin biex jibgħatli l-awguri fl-okkażjoni tal-40 sena tiegħi. Il-kliem sabiħ tagħkom tassew ferraħli qalbi u fisser ħafna aktar milli tistgħu timmaġinaw," kiteb.

L-attur spjega li għażel li jqatta' dan il-jum speċjali mdawwar bin-natura, fejn seta' jieqaf u jaħseb fuq il-vjaġġ li għamel s'issa.

"Għażilt li nqatta' dan l-avveniment importanti mdawwar bin-natura, u nieħu l-ħin biex nirrifletti fuq il-vjaġġ ta' ħajti. Inħossni grat ħafna għall-opportunitajiet li ngħatajt, għall-miri u s-suċċessi li kelli x-xorti nilħaq u, fuq kollox, għall-imħabba u l-appoġġ tan-nies mill-isbaħ li għandi madwari," stqarr.

Huwa qal ukoll li qed jilqa' dan id-deċennju l-ġdid b'viżjoni ġdida għall-futur.

"Hekk kif nidħol f'dan id-deċennju ġdid, nagħmel dan b'aspirazzjonijiet ġodda – li nibqa' nikber, insir persuna aħjar, napprezza aktar dak li għandi u nagħti lura lill-oħrajn b'modi sinifikanti kull meta nkun nista'," kompla jgħid.

Mill-ġdid, nawgurawlek Daniel!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI