“Komunità, Fejn Kulħadd Jaf Lill-Ġirien U Fejn Ikun Hemm Bżonn Jaqbżu Għal Xulxin” – L-Attriċi Pauline Spiteri Bugeja

Permezz ta’ messaġġ ta’ nostalġija, l-attriċi Pauline Spiteri Bugeja fakkret fi żmien ieħor fejn il-ħajja kienet iżjed sempliċi.

Hi kitbet, “Tfuliti - Meta kont tifla, il-ġirien kienu joħorġu fejn il-bieb fuq xi fossa fejn Sant Jiermu, jew fuq siġġu. Kulhadd ipaċpaċ, jiċċajta, sa tard filgħaxija. Fuq dak is-siġġu kienu joħorġu l-esperti u l-professuri tal-ħajja.  Problema kienet tissolva fi ftit ħin, mingħajr l-għajnuna ta' psikologi u psikjatri, kultant anke ta' tabib. Kienu jieklu xi ġelat mixtri mingħand tal-ħamruni jew piċċinino, ( waħda kienet iġġib ġelat tal-Lyons, u l-ieħor tal-wembley ) jieklu xi frott tas-sajf, waqt li l-irġiel jixorbu xi birra, żgħażagħ jinnamraw, tfal jilgħabu noli, ħarba, żibeġ, bott, u jaqbżu l-bombi waħda, waħda li llum tneħħew minn fuq il-fosos kollha.”

Żiedet tgħid, “Iġebbdu sa wara nofs il-lejl fil-ġranet sħan tas-sajf. Komunità, fejn kulħadd jaf lill-ġirien u fejn ikun hemm bżonn jaqbżu għal xulxin. Kultant kienet tinqala' xi ġlieda wkoll. Dak kien żmien li ma jerġax jiġi.”

Ritratti:

Facebook / Pauline Spiteri Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI