“Tislima Lil Dawk Il-Pulizija Li Tilfu Ħajjithom Waqt Il-Qadi Ta’ Dmirijiethom” – Police Officers Union

Il-paġna Police Officers Union ħabbret ċerimonja li saret biex isellmu lill-pulizija li tilfu ħajjithom wat dmirijiethom. Permezz ta’ messaġġ qasir u diversi ritratti, huma wrew l-atmosfera ta’ rispett li kien hemm f’din iċ-ċerimonja.

Huma kitbu, “Ilum Il-Police Officers Union irrappreżentata mil-President is-Sur Ray Zammit attendiet għaċ-ċerimonja ta' tifkira fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fl-okkażjoni tal-Police Day b'tislima lil dawk il-pulizija li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta' dmirijiethom.”

Inżommu fit-talb tagħna lill-pulizija li ħallewna kmieni wisq, u nirringrazzjawhom għad-dedikazzjoni kbira fuq xogħlhom. Ninsabu grati għall-ġid kbir li ħallew warajhom u għal kemm-il persuna għenu matul dan ix-xogħol. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tagħhom.

Ritratti:

Facebook / Police Officers Union

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI