“Dawk Il-Mumenti Ta’ Daħk, Innoċenza U Ħbiberija Dejjem Se Jkollhom Post Speċjali F’Qalbi.” – Lori Grima B’Messaġġ Lil Jeanette Cardona Li Ħallietna

Il-komunità ta’ Wied il-Għajn tinsab imnikkta bit-telfa ta’ Jeanette Cardona, li ħallietna matul il-lejl li għadda. Jeanette kienet persuna attiva ħafna fil-Parroċċa Sant’Anna, fejn għal diversi snin tat is-servizz tagħha lill-Grupp tal-Abbatini, billi kienet tgħin lid-Direttur u lill-abbatini fl-impenn tagħhom.

Minbarra dan, Jeanette kienet ukoll edukattriċi fl-Iskola Primarja Sant’Anna, fejn ħalliet marka sabiħa fil-ħajja ta’ bosta tfal permezz tat-tjubija, id-dedikazzjoni u l-imħabba tagħha lejn it-tagħlim.

Il-Grupp Armar Festa Sant’Anna fakkar kif Jeanette kienet tkun preżenti wkoll waqt diversi attivitajiet u waqt l-armar tal-festa, u wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Cardona.

Fuq il-midja soċjali, Lori Grima esprima n-niket kbir tiegħu, hekk kif jiftakar lil Jeanette bħala ħabiba għażiża li miegħu qasmet ħafna memorji tat-tfulija. Qal li l-memorji ta’ daħk, ħbiberija u mumenti sbieħ se jibqgħu dejjem f’qalbu.

Il-kondoljanzi jmorru lill-familja Cardona u lil dawk kollha li kellhom il-ġid li jkunu jafuha. J'alla tistrieħ fis-sliem.

Ritratti:

Facebook/Jeanette Cardona

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI