F’kelmtejn ta’ mħabba u apprezzament, Romina Frendo awgurat lill-għeżież ġenituri tagħha f’jum is-sittin anniversarju tagħhom.
Hi kitbitlhom, “Kliem ġej mill-qalb fl-erbgħin anniversasrju tagħkom jinħass b’iktar qawwa fis-sittin anniversarju tat-tieġ tagħkom fl-għaxra ta’ Lulju 2026. Inħobbukom it-tnejn bla qies ma u pa. L-imħabba tagħkom irnexxielha tgħix matul kull tip ta’ temp, f’kull staġun, minkejja l-agħar mard, minkejja n-nuqqas ta’ kliem, xorta għadu jgħajjat ismek u int tiegħu. L-imħabba tirbaħ fuq kollox, grazzi talli tibqgħu l-ikbar mudelli għalina.”
X’kelmtejn sbieħ! Ifakkruna li m’hemm xejn isbaħ mill-imħabba ġenwina. Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata tant u tant speċjali!
Facebook / Romina Frendo