“Nawguraw Lil Fr Victor Scicluna, Li Llum Qed Jiċċelebra L-Anniversarju Saċerdotali Tiegħu!” – Parroċċa Ta’ San Pietru Fil-Ktajjen Birżebbuġa

Il-paġna uffiċjali tal-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen, f’Birżebbuġa, awgurat lil Fr Victor Scicluna fl-Anniversarju saċerdotali tiegħu, permezz ta’ messaġġ fuq din l-istess paġna.

Huma kitbulu, “Nawguraw lil Fr Victor Scicluna, li llum qed jiċċelebra l-Anniversarju saċerdotali tiegħu! Nirringrazzjawh tas-servizz li qed jagħti fil-parroċċa tagħna b'imħabba kbira. Nitolbu għalih f'dan il-jum speċjali.”

Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti ta’ ringrazzjament mingħand persuni li japprezzaw il-ħidma ta’ Fr Victor Scicluna, fosthom kien hemm min ikkummenta, “Awguri Fr Victor! Grazzi minn qalbi ta’ kemm int ta’ għajnuna għalija u għall-parroċċa! Il-Madonna tbierkek u żżommok taħt il-ħarsien tagħha!”

Nawguraw lil Fr Victor u nżommuh fit-talb tagħna biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu.

Ritratti:

Facebook / Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI