“Inħobbukom It-Tnejn Bla Qies Ma U Pa” – Romina Frendo F’Jum Is-Sittin Anniversarju Tal-Ġenituri Tagħha

F’kelmtejn ta’ mħabba u apprezzament, Romina Frendo awgurat lill-għeżież ġenituri tagħha f’jum is-sittin anniversarju tagħhom.

Hi kitbitlhom, “Kliem ġej mill-qalb fl-erbgħin anniversasrju tagħkom jinħass b’iktar qawwa fis-sittin anniversarju tat-tieġ tagħkom fl-għaxra ta’ Lulju 2026. Inħobbukom it-tnejn bla qies ma u pa. L-imħabba tagħkom irnexxielha tgħix matul kull tip ta’ temp, f’kull staġun, minkejja l-agħar mard, minkejja n-nuqqas ta’ kliem, xorta għadu jgħajjat ismek u int tiegħu. L-imħabba tirbaħ fuq kollox, grazzi talli tibqgħu l-ikbar mudelli għalina.”

X’kelmtejn sbieħ! Ifakkruna li m’hemm xejn isbaħ mill-imħabba ġenwina. Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata tant u tant speċjali!

Ritratti:

Facebook / Romina Frendo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI