“Kif Taffetwah Is-Sħana Tas-Sajf Lil Ġismek Meta Tipparteċipa Fl-Eżerċizzju?” – Maltese Islands Weather

Il-paġna tal-Facebook tat-temp, Maltese Islands Weather, tkellmet dwar l-effetti tas-sħana fuq il-ġisem tagħna meta nagħmlu eżerċizzju.

“Meta tagħmel attività fiżika, il-muskoli jipproduċu ammont kbir ta' sħana. F'kundizzjonijiet normali, il-ġisem iżomm it-temperatura interna tiegħu qrib is-37°C billi juża diversi mekkaniżmi biex jitlef is-sħana,” huma kitbu, “Imma fis-sajf Malti, dan isir ħafna aktar diffiċli.”

Huma spjegaw kif il-qalb taħdem aktar hekk kif tippompja aktar demm biex tkessaħ il-ġisem u anke kif waqt eżerċizzju titlef aktar ilma minħabba l-għaraq li jfisser telf ta’ ilma u elettroliti. L-arja umda tnaqqas l-evaporazzjoni tal-għaraq ukoll n-nifs isir aktar mgħappel.

Għalhekk huma taw dawn il-pariri:

“• Agħżel il-ħinijiet bikrin ta' filgħodu jew wara nżul ix-xemx.

• Ixrob l-ilma qabel, waqt u wara l-attività. Uża wkoll l-eletrolitti. 

• Naqqas l-intensità jekk tħossok qed tisħon iżżejjed.

• Oqgħod attent għal sinjali bħal sturdament, dgħjufija jew dardir.”

Ritratti:

Facebook / Maltese Islands Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI