“Waqt Li Alan U L-Mara Tiegħu Chantelle Kienu Msiefrin, Il-Kelb Għażiż Tagħhom Louie Ħarab Mill-Pet Sitter” – Puttinu Cares

Ftit jiem ilu, inxterrdet post fuq il-midja soċjali dwar kelb mitluf, b’appell biex jinstab. Il-kelb, Louie, instab b’wiċċ il-ġid iżda minn din il-ġrajja ħareġ ġest nobbli li se jgħin lil diversi persuni.

Il-paġna ta’ Puttinu Cares spjegat, “Il-ġimgħa l-oħra, waqt li Alan u l-mara tiegħu Chantelle kienu msiefrin, il-kelb għażiż tagħhom Louie ħarab mill-pet sitter. Wara erbat’ ijiem twal, Louie nstab sigur f’għalqa, minn Mr. Cleaven Farrugia u Cristina. Biex juru kemm huma grati, Alan u Chantelle offrewlhom somma ta’ €2,500 bħala premju, imma f’att ta’ ġenerożita`inkredibbli, huma rrifjutaw. Flimkien, qablu li l-premju jingħata bħala donazzjoni lil Puttinu Cares.”

Qalu wkoll, “Ninsabu verament grati għal dan il-ġest sabiħ. Prosit lil Alan, Chantelle, Mr. Cleaven Farrugia u Cristina talli mument bħal dan biddluh f’opportunita` biex jgħinu lil ħaddieħor.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI