Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom dak li għandna nistennew mit-temp t’għada l-Ħadd.
Huma qalu, “Viva San Ġużepp Ħal Kirkop. Ir-ritratt juri nar tal-art mekanizat għal-lejla. It-temp jibqa’ xemxi b'riħ forza 4 għal 3 xlokk. Għada l-Ħadd ftit imsaħħab u b'riħ Ilbiċ forza 3 għal 4 li jerġa’ jnaqqas ma’ nżul ix-xemx. Temperatura l-ogħla tmiss it-33°C u l-inqas l-24°C. UV index 10.”
Żiedu jgħidu, “Bilħaqq, illejla f’Għawdex hemm ħarqa oħra; din id-darba ta’ Kerċem. Għalhekk min qiegħed Għawdex immorru ngawdu Kerċem!”