6 Ġriewi Li Fil-Ġimgħat Li Ġejjin Se Jkunu Qed Ifittxu D-Dar Dejjiema Tagħhom

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Gozo SPCA laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ 6 ġriewi li fi ftit ġimgħat ser ikunu qed ifittxu d-dar dejjiema tagħhom.

Huma qalu, “Għandna 6 ġriewi fiċ-ċentru li llum għalqu 30 jum. Meta jikbru mistennija jkunu jiżnu bejn 17 u 20 kilo. Huma taħlita ta’ Terrier, Pointer u ftit misteru wkoll! Skont il-liġi, iridu jiġu msewwija sa meta jagħlqu is-6 xhur. Qabel ma jkunu lesti għall-adozzjoni, se jiġu eżaminati minn veterinarju, jingħataw microchip, l-ewwel vaċċinazzjoni, trattament kontra d-dud u kontra l-briegħed.”

Żiedu jgħidu, “Il-ġriewi jkunu lesti għall-adozzjoni meta jagħlqu it-8 ġimgħat. Jekk inti interessat/a li tadottahom, jekk jogħġbok ibgħatilna messaġġ privat (mhux telefonata).”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI