“Tajna Bidu Għat-Tieni Ġurnata Tal-Maratona Oħloq Tbissima 2026” – Oħloq Tbissima

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Oħlom Tbissima qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn hekk kif illum nagħtu bidu għat-tieni ġurnata tal-Maratona.

Bdew jgħidu, “Tajna bidu għat-tieni ġurnata tal-maratona Oħloq Tbissima 2026. Kun parti mill-ġid li qed jagħmlu l-missjunarji MSSP ġewwa l-Peru`, Pakistan, Filippini u Malta. Kull kontribuzzjoni tagħti dinjità, imħabba u tama lil dawk li l-aktar għandhom bżonnha.

51802009 - €25
51902080 - €50

https://ohloqtbissima.com/donate

BOV Mobile Pay - 79202035

SMS - 50619285”

Żiedu wkoll, “Din is-sena: Palk live fil-bitħa ta' Dar San Ġużepp — kantanti u żeffiena professjonali kull filgħaxija. Ikel u xorb mis-7:30 pm 'l quddiem. Sejħiet live mal-missjunarji Maltin fuq il-post. Segwi live fuq TVM Net, One, F'Living — kuljum mill-16:00 sal-23:00. Ingħaqad magħna. Għin Illum, Ibdel Ħajja.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI