Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-attivist Għawdxi Luke Said qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ qasir rigward dak li qed jagħmel bħalissa, fejn bħas-soltu l-ħidma tiegħu għadha għaddejja.
Hu qal, “Bdejna ... Iva bdejna billi naddafna t-taraġ ta dan is-sit storiku! Post li ra tant tbatija matul il-gwerra. Xogħol diffiċli ... speċjalment fis-sajf, imma aħna nkomplu! Huwa dmirna li nipproteġu l-wirt kulturali tagħna, lil Għawdex tagħna.”
Prosit kbira, Luke! Verament hemm bżonn ta’ aktar nies li jħobbu l-pajjiżna bħalek.