“Moħbija Wara Din Id-Dar Hemm Fdalijiet Ta’ ‘Cart Ruts’ Li Għandhom Jiġu Kkonservati Aħjar U Promossi Mat-Turisti” – Kappa Vision

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kappa Vision qasmu kitba dwar fdalijiet ta’ cart ruts li mhux qed jiġu priservati kif suppost.

Bdew billi qalu, “David kontra Gulija. Moħbija wara din id-dar hemm fdalijiet ta’ ‘cart ruts’ li għandhom jiġu kkonservati aħjar u promossi mat-turisti!”

Żiedu jgħidu, “Dawn il-‘cart ruts’ ħdejn Sqaq Żbibu f’San Ġwann huma l-uniċi li salvaw minn dawk li oriġinarjament kienu jeżistu f’din iż-żona qabel ma nqerdu biex jagħmlu l-wisa' għal bini tal-gvern fis-snin ħamsin tas-seklu li għadda. Dan li jidru fir-ritratti ġew ippreservati grazzi għat-tħabrik tar-residenti ta’ San Ġwann.”

Qalu wkoll, “Iż-żona tista’ tkun ġawhra żgħira għat-turisti jekk tiġi kkummerċjalizzata kif suppost mit-‘tour leaders’, iżda kif inhuma l-affarijiet illum, apparti x-xogħol ta’ tindif li jsir miż-żmien għal żmien, is-sit huwa, mingħajr ma noqodu nduru mal-lewża, latrina tal-klieb fgat minn bini modern u għoli.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI