“Grat Għall-Familja Li Ħloqna” – Dan Jiċċelebra T-8 Anniversarju Taż-Żwieġ Ma’ Vanessa Waqt Li Qed Jistennew Wieħed Mill-Akbar Rigali Tagħhom!

Il-kantant Malti Dan iċċelebra t-tmien anniversarju taż-żwieġ tiegħu ma' martu, Vanessa Muscat Caruana, b'messaġġ qasir iżda mimli mħabba fuq il-midja soċjali. Fl-okkażjoni speċjali, Dan esprima kemm hu grat għall-familja li bnew flimkien matul dawn is-snin, filwaqt li ta ħjiel li din is-sena se tkun waħda aktar memorabbli hekk kif il-koppja qed tistenna tarbija.

"It-8 anniversarju t-tajjeb lil Vanessa Muscat Caruana. Grat għall-familja li ħloqna flimkien u din is-sena qed nistennew b’ħerqa r-rigal speċjali tagħna," kiteb il-kantant.

Il-koppja, li diġà qasmet mumenti sbieħ tal-ħajja tal-familja mas-segwaċi tagħha, issa qed tħares 'il quddiem biex tilqa' l-aktar membru ġdid fil-familja, b'ħafna eċċitament u stennija. Awguri lil Dan u Vanessa għal dan l-anniversarju sabiħ, u nawgurawlhom kull ġid hekk kif qed jistennew il-wasla tat-tarbija tagħhom.

Ritratti:

Facebook / Daniel Muscat Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI