“Fl-Aħħar Ġbartha! It-Trofew Fl-Aħħar Tinsab Id-Dar” – Matt Blxck

Matt Blxck

Wara li rebaħ l-aħħar edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest, Matt Blxck ħabbar li fl-aħħar it-trofew tat-tieni post tinsab għandu, filwaqt li sostna li l-vjaġġ ta' Ejja Lejja Ħdejja 'l Hawn (The Flute) mar ferm lil hinn minn sempliċi kompetizzjoni.

F'messaġġ fuq il-midja soċjali, huwa qal li t-trofew issa wasal id-dar, iżda enfasizza li l-akbar sodisfazzjon huwa l-appoġġ li l-kanzunetta kisbet fost il-pubbliku.

Matt Blxck żvela li s-silta mużikali tiegħu issa qabżet it-824,000 fuq diversi pjattaformi. Huwa rringrazzja lil kull min sema', xerred u vvota għall-kanzunetta, filwaqt li sostna li kull appoġġ għen biex jagħti l-ħajja lil din il-"crazy Maltese folk rave."

Prosit Matt!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI