Is-Servizz Pubbliku awgura l-isbaħ xewqat lill-istudenti kollha li llum qed jirċievu r-riżultati tal-eżamijiet tal-MATSEC.
Permezz ta' messaġġ fuq Facebook, ġie mfakkar li din hija ġurnata importanti għal eluf ta' studenti li matul dawn l-aħħar xhur ħadmu u ppreparaw ruħhom għal dawn l-eżamijiet.
Fil-messaġġ tiegħu, is-Servizz Pubbliku esprima l-awgurju tiegħu biex l-istudenti jiksbu r-riżultati li ilhom jaħdmu għalihom, filwaqt li awguralhom kull suċċess fil-passi li jmiss tal-vjaġġ edukattiv u professjonali tagħhom.
Awguri lill-istudenti kollha!