Il-Kantant Jason Scerri Jiċċelebra Għeluq Sninu – Karriera Li Ħaditu Mit-Teatri Barra Minn Xtutna Għal Wieħed Mill-Akbar Palkijiet F’Pajjiżna!

Awguri lill-kantant Malti Jason Scerri, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu wara karriera mużikali li ħaditu lil hinn minn xtutna u wasslitu fuq il-palkijiet internazzjonali.

Jason huwa magħruf sew fix-xena lokali, mhux biss bħala ħu l-kantanta Debbie Scerri, iżda wkoll għall-vuċi b’saħħitha u l-preżenza tiegħu fuq il-palk. Matul is-snin huwa għamel isem għalih innifsu barra minn Malta, fejn kien jgħix għal numru ta’ snin u jieħu sehem f’diversi produzzjonijiet.

Minkejja l-karriera internazzjonali tiegħu, Jason baqa’ dejjem qrib il-pubbliku Malti. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar snin rajnieh jirritorna f'pajjiżna u jieħu sehem f'diversi produzzjonijiet lokali. Rajnieh ukoll fuq il-palk ta’ Mużika Mużika, fejn reġa’ wera t-talent vokali u l-esperjenza artistika li kiseb matul il-vjaġġ tiegħu barra minn Malta.

F’dan il-jum speċjali, nawguraw lil Jason Scerri sena mimlija saħħa, suċċess u aktar kisbiet kemm fuq il-palk kif ukoll fil-ħajja personali tiegħu. Awguri!

Ritratti:

Facebook / Jason Scerri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI