Il-Membru Parlamentari John Grech ħabbar li nħatar bħala Chairperson tal-Kumitat Permanenti Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Hu kiteb, “Onorat u mċekken li b’mod unanimu ġejt maħtur bħala Chairperson tal-Kumitat Permanenti Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej. Din il-ħatra ġġib magħha responsabbiltà kbira, li nilqagħha b’sens qawwi ta’ dmir u impenn.”
Żied jgħid, “Inħares ’il quddiem biex inkompli naħdem b’dedikazzjoni favur l-interessi ta’ pajjiżna u nsaħħaħ il-vuċi ta’ Malta fuq livell Ewropew u internazzjonali.”
Nawgurawlu mill-qalb għall-ħatra tiegħu f’dan l-irwol ġdid. Ninsabu kburin immens bih u m’għandniex dubju li se jieħu dan l-irwol bis-serjeta` li jixraqlu.
Facebook / John Grech