Il-gżejjer Maltin għandhom diversi tradizzjonijiet kulturali li għandna nżommu ħajjin għaliex jagħmlu parti mill-istorja tagħna. Fuq il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, twasslu fatti interessanti dwar il-ġostra, logħba tradizzjonali Maltija.
Spjegaw, “Il-ġostra - logħba tradizzjonali li tmur lura għal żmien il-Kavallieri. Fil-fatt il-kelma ġostra ġejja minn 'giostra', li bit-Taljan tfisser logħob kompetittiv. Il-ġostra fil-fatt hija waħda mill-karatteristiċi tal-festi esterni tal-irħula li jmissu mal-baħar, fosthom l-Imsida fejn ilha ssir mill-1892 u fl-imgħoddi kienet issir fuq barkun. Qatt mort tara din il-kompetizzjoni ħelwa waqt xi festa?”
Nirringrazzjawhom talli jwasslulna dawn il-fatti dwar l-istorja Maltija. Għandna napprezzaw il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna!
Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni